It-tennista Iga Swiatek rebħet id-WDA Plejer tas-sena għall-ewwel darba fil-karriera tagħha waqt serata ta’ premjazzjoni li saret it-Tnejn filgħaxija.
Swiatek, kompliet tevolvi matul is-sena 2022 u żiedet sew fir-rankings tant li dan il-premju kien jistħoqqilha. Fil-fatt li għamlet sensiela sabiħa ta’ 37 logħba ta’ rebħ bejn Frar u Lulju ta’ din is-sena.. B’kollox hi rebħet 67 logħba u tmien titli fil-karriera tagħha u hi kkunsidrata bħala plejer ta’ talent tal-futur.