Thursday, December 26, 2024

Iġarrab ġrieħi serji f’sit ta’ kostruzzjoni fis-Siġġiewi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel qed isofri ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni li seħħ fi Triq Ħal Farruġ fis-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Tork ta’ 43 sena residenti Birkirkara sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn fuq struttura tal-ħadid.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna sakemm ir-raġel seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport