Luca, tfajjel grazzjuż nhar il-Ħamis fl-Isptar Mater Dei iċċelebbraw għeluq snienu hekk kif għalaq 12-il sena.
“Hu mument ta’ ferħ biex niċċelebbraw dawn il-mumenti speċjali ma’ pazjenti bħalek… li ġġieldu l-kanċer b’kuraġġ ta’ eroj u kien ta’ ispirazzjoni kbira għal kulħadd.”
Hekk inkiteb fuq il-midja soċjali ta’ Puttinu waqt li Luca qasam il-kejk fil-ward fejn qiegħed jingħata l-kura għal kanċer. Miegħu ngħaqdu tfal oħrajn u ma setax jonqos li l-istaff kollu tal-ward jingħaqad f’ċelebrazzjoni għal dan it-tfajjel.