Rapporti minn Ruma qed jgħidu li d-direttur sportiv Albaniż Igli Tare jinsab viċin li jħalli lil Lazio fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Għalkemm fil-jiem li għaddew kien hemm laqgħa mal-president ta’ Lazio Claudio Lotito, iż-żewġ partijiet donnhom ma ftiehmux u għalhekk hemm ċans li Tare jfittex dan ir-rwol li għandu x’imkien ieħor.
Fil-fatt żewġ timijiet Ġermaniżi iġifieri Hoffenheim u Eintracht Frankfurt qed ifittxu sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu b’Juventus li wkoll qed jaħsbuha.