L-eks plejer ta’ Juventus Igor Tudor se jkun qed jitlaq il-kariga ta’ kowċ ta’ Olympique Marseille. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif Marseille lagħbu l-aħħar logħba tal-kampjonat, Tudor instema’ jgħid li xejn ma jinsab apprezzat mat-tim li jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Franza.
Is-sid ta’ Marseille Pablo Longoria diġa’ qed jaħseb għall-pjan B hekk kif se jsejjaħ lil Franck Haise, li bħalissa qed jikkowċja lil Lens u li wettaq miraklu ma’ dan it-tim żgħir.
Tudor ikkowċja wkoll fis-Serie A ma’ Udinese u Verona.