Saturday, December 21, 2024

Iħeġġu lill-passiġġieri li se jmorru lejn l-Afrika biex jieħdu l-vaċċin kontra l-monkeypox

Aqra wkoll

Il-passiġġieri kollha li se jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn xi pajjiż fl-Afrika huma mħeġġin biex jieħdu l-vaċċin konta l-monkeypox.

Din ir-rakkomandazzjoni ħarġet mill-European Centre for Disease Prevention and Contro hekk kif dan il-vajrus jista’ jinfirex madwar id-dinja fi ftit ġimgħat biss. Hu mistenni li fl-Ewropa jkun hawn dan il-vajrus u għalhekk kulħadd hu mħeġġeġ biex jieħu l-prekawzjonijiet kollha.

Il-ECDC qal li minkejja kull twissija, it-tixrid tal-monkeypox hu baxx ħafna u dan minħabba li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-aħħar jiem iddikjarat is-sitwazzjoni bħala emerġenza globali.

S’issa diversi pajjiżi madwar l-Ewropa qalu li minkejja kull tħassib huma mhux se jkunu qegħdin jieħdu l-ebda miżuri fuq iċ-ċittadini tagħhom, iżda se jkunu qegħdin isegwu dak li qiegħed jiġri.

Ekonomija

Sport