Saturday, October 26, 2024

Ikel u xorb alkoħoliku takeaway u t-twassil tiegħu matul il-lejl issa huwa pprojbit f’Pariġi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Franċiżi se jkunu qegħdin jipprojbixxu s-servizzi ta’ takeaway ta’ ikel ippreparat u xorb alkoħoliku bejn 10.00 p.m. u s-6.00 a.m. Din ir-restrizzjoni ddaħħlet ilbieraħ minħabba li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 qiegħda tkompli tiggrava. 

Stqarrija maħruġa mill-pulizija nhar il-Ħamis li għadda kienet tgħid li l-bejgħ u l-ikkonsmar ta’ xarbiet alkoħoliċi fi spazji pubbliċi se jkun ipprojbit f’dawn is-sigħat. Iktar kmieni, is- Sindku ta’ Pariġi Anne Hidalgo kienet qalet li hemm bżonn iktar restrizzjonijiet biex in-nies ma jitħallewx jinġabru barra postijiet tal-ikel ġewwa l-kapitali Franċiża. 

Il-Gvern Franċiż, iktar kmieni din il-ġimgħa, qal ma’ Reuters li qiegħda tikber l-użanza li persuni jagħmlu parties b’mod klandestin u anke ikliet kbar b’mod privat. Kien għalhekk li nħass il-bżonn li jittieħdu iktar miżuri. 

Iktar kmieni dan ix-xahar, il-President Franċiż Emmanuel Macron kien impona miżuri ġodda ta’ lockdown fejn ħwienet mhux essenzjali ngħalqu. Minkejja dan, l-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li iktar miżuri huma bżonjużi ġewwa Pariġi minħabba li minkejja l-lockdown xorta waħda qiegħed ikun hemm ammont kbir ta’ nies fit-toroq matul il- lejl. 

Sport