Thursday, December 19, 2024

Ikisser żewġ bibien ta’ appartament wara argument mas-sieħba

Aqra wkoll

Olandiż kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sitt xhur wara li ammetta li kisser żewġ bibien ta’ appartament fil-Gżira fejn jirrisjedi, wara argument mas-sieħba tiegħu.

Gerardus Martinus Pacasse ta’ 30 sena, tressaq ilbieraħ quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco mixli li wettaq ħsara volontarja u li kiser il-paċi pubblika. Fil-Qorti ħareġ li Pacasse kkawża b’€1,515 fi ħsara f’dan l-appartament mikri. 

Il-Qorti semgħet kif l-inċident seħħ nhar is-Sibt li għadda f’nofsinhar, wara li s-sieħba ta’ Pacasse sakkritu barra wara argument li nqala’ bejniethom. 

Ir-raġel wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ngħata l-libertà kkundizzjonata filwaqt li kien ordnat iħallas tal-ħsara li wettaq.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley filwaqt li l-Avukat Jason Grima deher għar-raġel.

Ekonomija

Sport