L-Allied Rainbow Communities, li hi waħda mill-koordinaturi ewlenin tal-Malta Pride, ħabbret fi stqarrija li l-marċ u l-kunċert tal-Malta Pride għal din is-sena ġew ikkanċellati.
Fl-istqarrija jingħad li wara l-miżuri mħabbra lbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela, li l-laqgħat tal-massa għadhom ipprojbiti, allura kellha tittieħed id-deċiżjoni diffiċli biex jiġu kkanċellati l-marċ u l-kunċert li kellhom isiru fit-12 ta’ Settembru.
Spjegaw li l-Imħabba ma ġietx ikkanċellata iżda min-naħa l-oħra qalu li hu importanti li jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tas-saħħa pubblika.