Saturday, November 23, 2024

Ikkanċellati l-festivals tal-mużika Coachella u Stagecoach

Aqra wkoll

Il-festivals tal-mużika Coachella u Stagecoach ġew ikkanċellati għal din is-sena hekk kif qed ikollhom aktar indikazzjonijiet li l-każi ta’ Coronavirus se jiżdiedu fi żmien il-ħarifa. 

Iż-żewġ attivitajiet kellhom isiru f’Kalifornja f’April u kien ġew posposti għal Ottubru. 

Madankollu, l-uffiċjali tas-saħħa fl-Istati Uniti qalu li ma kinux komdu li jkomplu mexjin, b’mod speċjali minħabba li Coachella hu wieħed mill-akbar festivals tal-mużika, fejn jiġbor man-nofs miljun persuna fil-Lvant ta’ Los Angeles. 

Cameron Kaiser, l-uffiċjal li ffirmaw biex jiġu kkanċellati l-festivals ta’ din is-sena qal li hu jinsab imħasseb hekk kif l-indikazzjonijiet qed ikomplu jikbru li l-COVID-19 se tmur għall-agħar fil-ħarifa. Għalhekk qal li fiċ-ċirkostanzi ma jħossux komdi li jħalli kollox biex jibqa’ għaddej. 

Kaiser qal li d-deċiżjoni ttieħdet wara ħafna ħsieb, għax jaf li ħafna persuni se jiġu affettwati. Madankollu, hu qal li l-prijorità hi s-saħħa tal-komunità. 

Sport