Wednesday, November 20, 2024

Ikkonfermat ħlas ta’ kull xahar għal kont verifikat fuq Twitter 

Il-kontroversji madwar is-sid ġdid Elon Musk ikomplu wara t-tkeċċija ta’ aktar minn nofs l-impjegati…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-pjattaforma popolari “Twitter” ikkonfermat li hemm pjanijiet li bihom min għandu kont magħhom, b’abbonament ta’ kull xahar, jista’ jikseb statut verifikat, dak li qegħdin jirreklamaw bħala l-“blue-tick verified status”. F’aġġornament għal dawk kollha li jużaw apparat tal-Apple, il-kumpanija qalet li s-servizz ġdid “Twitter Blue” se jkun miftuħ għal persuni li jgħixu f’ċerti pajjiżi li għall-prezz ta’ €8 fix-xahar.

Din l-aħbar kontroversjali b’politika ġdida mħaddna mis-sid il-ġdid ta’ Twitter, il-biljunarju Elon Musk, qiegħda tqajjem tħassib minħabba li l-pjattaforma tista’ tinbela’ minn kontijiet foloz. Din il-mossa tħabbret ftit wara li l-istess Musk fi tmiem il-ġimgħa, keċċa madwar nofs l-impjegati tal-istess kumpanija.

Il-“marka blu” ta’ Twitter fl-imgħoddi kienet biss aċċessibbli għal individwi u organizzazzjonijiet importanti li kienu mitluba jippruvaw l-identità tagħhom. Din kienet tintuża bħala prova li l-profil huwa awtentiku u kienet għodda tajba biex min juża l-pjattaforma ta’ Twitter, ikollu informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha.

Il-bidla riċenti imma, qiegħda twassal għal biża’ li uffiċjali governattivi, personalitajiet famużi, ġurnalisti u kumpaniji tad-ditti, jistgħu jkunu impersonifikati minn persuni fuq Twitter li jħasslu din il-miżata fix-xahar.

Elon Musk, li huwa l-aktar raġel sinjur fid-dinja, jidher li qiegħed jara kif idaħħal dħul diversifikat mill-pjattaforma wara li xtraha x-xahar li għadda għall-prezz rekord ta’ €44 biljun.

Sport