Sunday, December 29, 2024

Ikkonfermat l-ewwel każ ta’ Mpox f’pajjiżna… ġie trażmess sesswalment

Aqra wkoll

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkonfermaw każ importat ta’ Mpox. Il-każ, li kien trażmess sesswalment, jinvolvi individwu li bħalissa huwa klinikament stabbli u ma jeħtieġx dħul fl-isptar. Il-pazjent ġie iżolat u qed isiru sforzi ta’ traċċar tal-kuntatti biex tiġi evitata aktar trażmissjoni.

F’dan l-istadju, il-Clade speċifiku tal-virus Mpox ta’ dan il-każ ma ġiex identifikat.

Il-Pubbliku qed jiġi meħeġġeġ sabiex il-prekawzjonijiet li ġejjin biex jitnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni tal-Mpox:

– Ipprattika s-sess sikur u li jkollok konverżazzjonijiet miftuħa ma’ msieħba dwar is-saħħa sesswali.

– Evita kuntatt mill-qrib ma’ individwi li juru sintomi ta’ Mpox, bħal deni, raxx, u lymph nodes minfuħin.

– Żomm prattiki tajba ta’ iġjene, inkluż ħasil regolari tal-idejn bis-sapun u l-ilma.

– Fittex parir mediku jekk ikollok sintomi jew ġejt f’kuntatt ma’ xi ħadd iddijanjostikat b’Mpox.

L-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika jibqgħu impenjati li jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika u se jkomplu jissorveljaw is-sitwazzjoni mill-qrib. Napprezzaw il-kooperazzjoni u l-viġilanza tal-komunità biex iżżomm ma’ dawn il-linji gwida.

Ekonomija

Sport