Wednesday, October 9, 2024

Ikkonfermata d-deċiżjoni tal-ħelsien mill-arrest għal “Lilu King”

Aqra wkoll

Il-Qorti Kriminali kkonfermat id-deċiżjoni li Mohammed Elmushraty jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan filwaqt, li ċaħdet l-appell li ressqu l-Avukat Ġenerali kontra l-ħelsien mill-arrest.

Elmushraty, magħruf aħjar bħala “Lilu King”, inħeles fuq libertà proviżorja nhar it-Tnejn wara li qatta’ aktar minn disa’ xhur f’kustodja preventiva b’rabta ma’ proċeduri kriminali li għadhom għaddejjin.

Fihom, huwa jinsab mixli b’ħasil ta’ flus, evażjoni tat-taxxa u parteċipazzjoni fil-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga, fost reati oħra. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest, garantit b’depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €40,000.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima li ċaħdet l-appell tal-Avukat Ġenerali, qalet li ma kien hemm l-ebda raġuni għaliha biex tbiddel id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati.

Elmushraty qed ikun assistit mill-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Jose Herrera.

Sport