Sunday, December 29, 2024

Ikkonfermata d-deportazzjoni ta’ tliet immigranti mill-Etjopja

Aqra wkoll

Il-Qorti ċaħdet rikors ta’ tliet immigranti mill-Etjopja li fl-aħħar xhur kienu ngħataw ordni biex jitkeċċew minn pajjiżna wara li nstabu jgħixu b’mod illegali.

Il-Qorti kkonfermat dak li kien qal l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni wara li l-applikazzjoni tal-ażil tagħhom kienet ġiet irrifjutata u għalhekk kellhom jiġu rritornati lejn pajjiżhom.

Oriġinarjament dan il-każ kien ikopri ħamest irġiel, madankollu tnejn laħqu ntbagħtu lura l-Etjopja b’mod volontarju fil-jiem li għaddew.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li sa minn meta daħlu fil-pajjiż, l-uffijal tal-Immigrazzjoni ma emminix ir-raġunijiet li taw l-immigranti li taw fl-applikazzjoni tagħhom, anke minħabba diversi inkonsistenzi fl-intervisti li kienu sarulhom.

Fil-bidu kien hemm ħames immigranti li ressqu l-applikazzjoni u ġiet irrifjutata, iżda tnejn minnhom telqu mill-pajjiż hekk kif ġew ordnati jitilqu.

Il-Qorti qalet li huma kienu jafu li kienu qegħdin jgħixu fil-pajjiż b’mod illegali, iżda kienet sempliċiment imsejsa fuq awtorizzazzjoni temporanja sakemm ikun jista’ jitwettaq ir-ritorn tagħhom.

Fid-digriet tagħha l-Qorti qalet li dawn il-persuni m’għandhom l-ebda membri tal-familja jgħixu f’Malta, jiġifieri lanqas jista’ jingħad li l-Gvern Malti qed jonqos jew hemm xi indikazzjonijiet li jostakolaw milli jagħmluhielhom impossibbli li jerġgħu jistabbilixxu rwieħhom f’pajjiżhom.

Għat-tliet Etjopjani deher l-avukat Gianluca Cappitta filwaqt li għall-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni deher l-Avukat tal-Istat.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport