Thursday, November 27, 2025

Ikkonfermati 20 sena ħabs għal missier u iben b’rabta mal-qtil ta’ Brandon Pace 

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell, ikkonfermat sentenza ta’ 20 sena fil-konfront ta’ Kurt Grech ta’ 31 sena u missieru Joseph Grech ta’ 61 sena wara li nstabu ħatja bil-qtil ta’ Brandon Pace fil-Ħamrun.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-appell tressaq miż-żewġ akkużati, bir-raġuni li ma’ qablux mas-sentenza mogħtija fi tmiem il-ġuri. Ingħad li d-Difiża kienett għamlet talba sabiex il-missier u l-iben jingħataw sentenza ta’ 12 -il sena priġunerija. 

Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni qalet li wieħed ma’ għandux jinsa li kawża ta’ dawk li wettqu Grech, intilfet il-ħajja ta’ żagħżugħ ta’ 21 sena. Ingħad ukoll li l-missier kellu r-responsabilità li jżomm lil ibnu milli jwettaq reat. 

Il-Qorti tal-Appell Kriminali analizzat l-appell ta’ Joseph Grech wara li l-ġurija kienet sabitu ħati tal-qtil ta’ Brandon Pace flimkien ma’ ibnu Kurt. Il-Qorti tfakkret il-prinċipju fundamentali li l-valutazzjoni tal-fatti u tal-kredibilità tax-xhieda hija primarjament responsabbiltà tal-ġurati, u li l-Qorti superjuri tintervjeni biss f’każijiet fejn ikun hemm raġuni serja biex jiġi konkluż li l-ġurija ma setgħetx waslet għal dak il-verdett skont il-provi ppreżentati.

Il-Qorti osservat il-fatt li x-xhieda kienu konsisenti, li  jorbtu lil Joseph Grech mal-aggressjoni. Ingħad li x-xhieda bħal omm il-vittma, Lisa Pace, baqgħet konsistenti matul il-proċeduri kollha u anki xhieda oħra bħal Donna Pace, Jessica Bilocca u Joseph Vella rrakkontaw b’mod ċar li kemm Joseph kif ukoll Kurt kienu qed jagħtu daqqiet ta’ sikkina lil Brandon.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-piena, il-missier u l-iben sostnew li s-sentenza ta’ 20 sena kienet eċċessiva, speċjalment meta l-vot tal-ġurija fuq l-ewwel kap kien ta’ 6 kontra 3. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Appell ċaħdet l-appell kollu kemm hu u kkonfermat is-sentenza u l-verdett tal-ġurija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport