Saturday, October 26, 2024

Ikkonfiskati tmint iklieb mir-residenza ta’ Galea

Id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali sab li ma kinux f'kundizzjonijiet xierqa

Aqra wkoll

Wara l-inċident li ġara aktar kmieni din il-ġimgħa li jirrelata żewġt iklieb li attakkaw lil sidhom fl-Imsida, id-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali baqa’ jsegwi dan il-każ, biex ikun salvagwardjat il-benesseri tal-annimali konċernati.

Sa ftit tal-ħin ilu, l-uffiċjali mid-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, flimkien mal-Pulizija u l-veterinarji, ikkonfiskaw tmint iklieb li kienu għadhom fil-pussess ta’ Galea u li kienu qegħdin jgħixu f’kundizzjonijiet mhux xierqa.

Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li se tibqa’ ssegwi dan il-każ bl-akbar reqqa u konvinta li l-istituzzjonijiet konċernati se jkunu qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex issir ġustizzja.

Sport