Kien għall-ħabta tat-3.00pm meta għal xi raġuni żviluppaw nirien fi stabbiliment tal-ikel fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara.
Fuq il-post marru ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li b’ħidma kkordinata n-nirien ġew ikkontrollati fi ftit ħin. Diversi uffiċjali tal-Pulizija marru wkoll fuq il-post biex jikkontrollaw it-traffiku.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk News li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.