Thursday, March 20, 2025

Ikkontrollati nirien fil-Parlament

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu fil-Parlament issejħu numru ta’ Ħaddiema ta’ Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw nirien li żviluppaw.

Dan is-sit għamel kuntatt mal-kelliema tal-Pulizija fejn filwaqt li kkonfermaw li kien hemm nirien żgħar, dawn ġew ikkontrollati fi ftit ħin.

Xorta waħda bħalissa għad hemm numru ta’ pumiera fuq il-post biex jiżguraw li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.

Rapporti fuq il-midja soċjali qalu li x’aktarx dawn in-nirien tkebbsu mis-server room tal-istess Parlament.

Sadanittant, fuq il-post marru wkoll il-Pulizija u anke timijiet mediċi. Dan filwaqt li kellhom jiġu evakwati wkoll il-ħaddiema sakemm is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.
B’xorti tajba ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport