Kmieni lbieraħ filgħodu, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu impenjati f’ħidma biex jikkontrollaw nirien industrijali f’Santa Venera.
Pumpiera mill-istazzjonijiet 2, 4 u 11 kienu preżenti waqt din l-operazzjoni. In-nirien ġie kkontrollat u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija, lill-Enemalta u lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei tal-assistenza tagħhom f’din l-operazzjoni.