Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kien msejħa f’operazzjoni ta’ tifi tan-nar f’Dellimara wara li dgħajsa ta’ 45 pied inħakmet minn nirien.
Kien għall-ħabta tal-11.30am meta l-pulizija ġew informati b’dawn in-nirien.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei biex jassistu f’każ ta’ bżonn.
Jidher li f’dan l-inċident ħadd ma weġġa’.