Raġel li stupra tifla ta’ 14-il sena wara li ġabarha minn stazzjon tat-taxis f’Aberdeen fl-Iskozja, intbagħat tnax -il sena priġunerija.
Fil-Qorti Għolja f’Edinburgh, ġie spjegat kif l-akkużat Victor Popa, ta’ 35 sena ma jiġbor lit-tfajla ta’ 14-il sena li kienet fis-sakra fil-vettura tiegħu u allegatament wettaqq abbuż sesswali fuqha waqt li din kienet mitlufa minn sensiha.
Imħallef qal lill-Qorti kif it-tfajla minn dakinhar lil hawn, tħossha qisha qed tgħix f’ħolma kerha. Ġie spjegat kif hi kellha titlaq mill-iskola minħabba bullying.
Popa ċaħad kull akkuża miġjuba kontrih. Minkejja dan, huwa nstab ħati f’Jannar wara proċess fil-Qorti Għolja f’Edinburgh. L-Imħallef rrefera għall-vittma u ddikjara li l-impatt emozzjonali tal-istupru kien kbir ħafna.
Popa ċaħad kwalunkwe għemil ħażin, huwa sostna li t-tfajla kellha 18-il sena u li s-sess kien kunsenswali.
Minbarra sentenza ta’ 12-il sena ħabs, isem Popa żdied mar-reġistru tal-aggressuri sesswali b’mod indefinit. Huwa ġie pprojbit ukoll milli jikkuntattja lill-vittma.

