Sunday, December 22, 2024

Ikkundannat 27 sena taħt arrest f’daru fuq tradiment

Aqra wkoll

L-aktar mexxej prominenti tal-oppożizzjoni fil-Kambodja ġie kkundannat għal 27 sena taħt arrest f’daru fuq tradiment.

Kem Sokha, l-Eks mexxej tal-Partit, illum xolt, tas-Salvataġġ Nazzjonali tal-Kambodja, ġie pprojbit ukoll milli joħroġ jew jivvota fl-elezzjonijiet.

Huwa kien akkużat b’konfoffa ma’ persuni barranin biex iwaqqgħu l-Gvern tal-Prim Ministru Hun Sen. Dan tal-aħħar huwa wieħed mill-aktar awtokratiċi fid-dinja li ilu fil-poter sa mill-1985.

Il-Kambodja se torganizza elezzjoni ġenerali f’Lulju li ġej. Ħafna qegħdin jistennew li huwa jerġa’ jikkontesta, għalkemm xi wħud jemmnu li qed jippjana li jgħaddi l-poter lil ibnu l-kbir, Hun Manet.

Kem Sokha ta’ 69 sena, ġie arrestat għall-ewwel darba fl-2017, abbażi ta’ filmat tal-2013 fejn intqal li kiseb appoġġ minn gruppi favur id-demokrazija tal-Istati Uniti. Hu u l-avukati tiegħu ċaħdu l-akkużi u qalu li l-każ kontrih kien bla bażi.

Ġie rrapportat li l-Avukat ta’ Sokha mistennija jappellaw mis-sentenza. Gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem u gvernijiet tal-punent iddeskrivew l-akkużi kontrih bħala “infondati u motivati politikament”.

Ekonomija

Sport