Idris Yahya ta’ 31 sena mis-Sudan ġie kkundannat disa’ xhur ħabs wara li fil-Qorti ammetta li seraq mobile.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ fid-19 ta’ Mejju, 2025, fi Triq il-Kappuċini, il-Marsa.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia huwa ġie mixli bis-serq tal-mobile u li hu riċediv. Fuq l-ammissjoni tiegħu, il-Qorti sabitu ħati u bagħtitu disa’ xhur ħabs. Huwa jrid iħallas €450 lill-vittma fi żmien sitt xhur.