Monday, July 7, 2025

Ikkundannat xagħrejn ħabs wara li nstab ħati ta’ vagabundaġġ

Aqra wkoll

Anthony Eriksson, Żvediż ta’ 36 sena, imwieled il-Kenja ġie kkundannat xahrejn ħabs wara li ammetta li ttallab għall-flus f’Tas-Sliema. 

Hu kien akkużat li f’Ġunju li għadda kien qiegħed jgħix ħajja ta’ vagabundaġġ, li ma pprocax isib xogħol biex imantni lilu nnifsu u anke li dejjaq persuni meta kien qiegħed jittallab għall-flus.

Meta tressaq il-Qorti, l-imputat kien wieġeb mhux ħati, iżda fis-seduta ta’ wara hu għażel li jammetti fejn sostna li kien jgħix barra fit-toroq minħabba li ma kienx qiegħed jaffordja li jikri jew jixtri fejn jgħix.

Il-Maġistrat Kevan Azzopardi fis-sentenza tiegħu qal li qiegħed jikkunsidra ċ-ċirkostanzi tal-akż u anke tal-akkużat. Kien għalhekk wara li sema’ l-ammissjoni tal-imoutat ikkundannah xahrejn ħabs.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabria Gatt filwaqt li għall-akkużat dehret l-avukat tal-għajnuna legali Nadya Fiott.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport