Il-Prosekuturi f’Miami qegħdin jaħdmu fuq pjan biex tingħata l-piena tal-mewt lil omm minn Miami li tinsab akkużata li qatlet lil binha li kien awtistiku billi għarrqitu.
Il-prosekutur Gail Levine, għadha kif iddikjarat li l-uffiċċju tagħha qed jitlob li jkun hemm il-piena tal-mewt għal Patricia Ripley. L-omm li għandha 45senaqedtkun akkużata li qatlet lil binha Alejandro ta’ 9 snin. It-tifel kien awtistiku u ma jitkellimx.
Il-Pulizija qed jakkużaw lil Ripley li ħadet lil binha ħdejn xmara u ppruvat tħallih fix-xmara biex jegħreq. Il-Pulizija qed tgħid li għandha filmati li juru lill-omm timbotta lil binha. Dakinhar it-tifel kien salvat minn xi nies.
Ġara iżda li f’dak il-lejl stess, Ripley irnexxielha toqtol lil binha f’post ieħor. Fil-fatt hu kien instab f’kanal bl-ilma. L-omm ammettiet li ħadet lil binha fil-kanal u qalet li “hu llum qiegħed f’post aħjar”.