Saturday, December 21, 2024

“Ikkunsidrati” uffiċjali ta’ protezzjoni għall-MPs wara l-qtil ta’ David Amess

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Membri Parlamentari fl-Ingilterra jistgħu jkunu qed jingħataw aktar protezzjoni waqt li jkunu se jidhru fil-pubbliku. Dan wara l-qtil tad-Deputat Konservattiv Sir David Amess li qala diversi daqqiet ta’ sikkina waqt laqgħa mal-konstitwenti tiegħu.

Is-Segretarja għall-Intern Priti Patel qalet li attivitajiet politiċi li se jkunu qegħdin jittellgħu fil-ġejjieni se jkunu qegħdin jaraw żieda fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-pulizija fl-entratura.

Minbarra din il-miżura, hemm il-ħsieb li jekk ikun hemm bżonn, il-pulizija tfittex għall-armi lil dawk li jkunu se jattendu, jekk ikun hemm bżonn anke kull persuna preżenti.

Il-qtil ta’ David kien it-tieni wieħed bħala Membru Parlamentari waqt il-qadi ta’ dmirijiethom wara l-qtil ta’ Jo Cox fl-2016.

Ekonomija

Sport