Sunday, May 19, 2024

“Ikolli bejn żewġ u tliet klijenti kuljum”

Ġimgħa mimlija xogħol għal barrani li joffri massaġġi “full” lin-nisa f’Malta

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel ta’ nazzjonalità barranija residenti Malta qiegħed juża l-midja soċjali biex jaqla’ l-għajxien tiegħu, liema għajxien huwa servizz ta’ messaġġi “full” lin-nisa. Dan ir-raġel, li fin fin jagħmel kuntatt ma’ nisa online, irriżulta li jitlob lill-klijenti lokali tiegħu biex ikunu għarwenin waqt il-massaġġi “għal rilass komplut” u dan anke mil-lat sesswali. Minħabba n-natura tas-servizz, wieħed jista’ jaħseb li forsi m’hemmx domanda qawwija għalih, iżda mill-investigazzjonijiet tagħna, irriżulta li fil-verità dan il-masseur huwa mifqugħ bix-xogħol u aktar minnhekk, hemm klijenti nisa li jitolbuh li jkompli billi jkollu x’jaqsam magħhom.

Minn investigazzjonijiet li għamel dan il-ġurnal sirna nafu li dan ir-raġel jitlob lill-klijenti tiegħu biex ineħħu l-ħwejjeġ kollha “għal esperjenza naturali li toffri l-aqwa rilassament”. Filwaqt li l-barrani jassigura lill-klijenti potenzjali tiegħu li xogħlu jaf jagħmlu sew ħafna u “ta min jippruvah”, huwa jitlob il-prezz ta’ €40 għal siegħa massaġġi. 

Dettal ieħor huwa dak li s-servizz li joffri jsir normalment fir-residenza tal-klijenta minħabba li jekk jikri lukanda “din tiġih għolja ħafna”. Dan il-barrani bħalissa jinsab mingħajr impjieg tradizzjonali fiss u għaldaqstant kienet din ir-raġuni li ddeċieda li jibda jagħti massaġġi erotiċi lin-nisa.

Jirriżulta li l-ħobża ta’ kuljum tiegħu qiegħed jaqlagħha sewwa għax għandu ħafna klijenti u l-ġimgħa hija mimlija appuntament. Id-domanda hija għolja fejn huwa stess jammetti li ta’ kuljum ikollu bejn żewġ u tliet massaġġi x’jagħmel u l-ġimgħa hija mimlija daqs bajda. Barra minnhekk, minn informazzjoni li għandna, dan ir-raġel għandu anke klijenti regolari li jibbukkjaw appuntament miegħu fuq bażi regolari ta’ mill-inqas darba fil-ġimgħa. 

Il-proċedura normali tal-massaġġi minn dan il-barrani hija li juża jdejh, żejt apposta u anke kremi. Mentri, meta jinzerta klijenti li jridu “iżjed”, dan ir-raġel anke jkollu x’jaqsam magħhom “għax hemm min jitolbu dan”. Il-prezz, avolja s-servizz imur oltre, jibqa’ l-istess, jiġifieri dak ta’ €40. 

Ta’ min iżid li skont dan il-masseur, wara li l-klijenti jeċċittaw ruħhom bil-massaġġi ma’ ġisimhom kollu, it-talba għal sess komplut “hija xi ħaġa normali”.

Sport