Sunday, December 22, 2024

Ikompli għaddej il-ġuri ta’ Benjamin Mendy … akkużat bi stupru u attakki sesswali

Aqra wkoll

Kompla għaddej il-ġuri taI-player ta’ Manchester City, Benjamin Mendy, li fih instema’ kif huwa kien “predatur” li uża ħabib biex jistupra u jattakka sesswalment lin-nisa f’daru.

Il-player ta’ 28 sena ġie mixli bi tmien akkużi ta’ stupru; għadd wieħed ta’ attakk sesswali; u wieħed ta’ attentat ta’ stupru. L-allegazzjonijiet huma relatati ma’ seba’ nisa.

L-akkużi kontra l-ex player internazzjonali Franċiż, ta’ Prestbury, Cheshire, u jkopru bejn Ottubru 2018 u Awwissu tas-sena l-oħra. Flimkien ma’ Mendy, Louis Saha Matturie, ta’ 41 sena, jinsab għaddej ġuri wkoll akkużat bi tmien akkużi ta’ stupru; u erba’ akkużi ta’ attakk sesswali, relatati ma’ tmien allegati vittmi.

Iż-żewġt irġiel qed jiċħdu l-akkużi kollha kontrihom. Bord ta’ 14-il ġurat ħa l-ġurament f’Chester Crown Court nhar l-Erbgħa li għadda 10 ta’ Awwissu.

Il-ġuri, li mistenni jdum għal madwar 15-il ġimgħa, beda quddiem l-Imħallef Steven Everett, ir-Recorder ta’ Chester, dalgħodu t-Tnejn.

Fil-ftuħ tal-proċess, Timothy Cray, QC, li qed imexxi l-prosekuzzjoni, qal li dan kien “kapitlu ieħor fi storja antika ħafna ta’ irġiel li jistupraw u jattakkaw sesswalment lin-nisa”.

Ekonomija

Sport