Thursday, December 26, 2024

Ikompli jintlagħab il-Kampjonat Dinji tal-Blackball

Aqra wkoll

L-Erbgħa kompla jintlagħab aktar logħob mill-Kampjonat Dinji tal-Blackball fejn fil-kategorija Masters fil-fażi tal-aħħar 32, Ivan Rizzo għeleb lil Landry Chevrier 5-3 filwaqt li fis-seniors kellna lil Clint Azzopardi li tilef kontra Juan Marmina 5-3 u Clevion Micallef li tilef kontra Jimmy Pollock 5-1.

Fil-fażi tal-aħħar 16 tal-kategorija tal-irġiel, Mevrick Zammit tilef kontra Daniel Davy 7-5 filwaqt li Johan Attard tilef kontra Yannick Beaufil 7-6.

Mill-kategorija ta’ timijiet ta’ taħt it-18 il-sena l-Ingilterra għelbu lit-tim Malti bl-iskor ta’ 16-9 pero xorta waħda baqgħu jżommu it-tieni post fil-grupp rispettiv tagħhom.

Aktar tard filgħaxija kienu fl-azzjoni ż-żewġ timijiet maltin tal-irġiel u tas-seniors li lagħbu kontra Ingilterra u Franza rispettivament.

Dawn iż-żewġ logħbiet intlagħbu fuq erba’ mwejjed ħdejn xulxin għaldaqstant is-sapport lejn iż-żewġ timijiet Maltin kien fl-aqwa tiegħu.

Intant fis-seniors it-tim Malti kellu logħba iebsa kontra tim qawwi ta’ Franza u tilfu bl-skor ta’ 18-7 , iżda għal din it-telfa patta sew it-tim ta’ irġiel li għelbu lill-Ingilterra 14-11 sabiex telgħu fl-ewwel post tal-grupp.

Ekonomija

Sport