Thursday, December 26, 2024

Ikompli jiżdied in-numru ta’ persuni mejta ġewwa Petropolis fil-Brażil

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni mejta kawża ta’ għargħar u valangli li laqtu l-belt Brażiljana ta’ Petropolis issa tela’ għal 165. Dan id-diżastru naturali seħħ minħabba x-xita torrenzjali li qiegħda taħkem lir-reġjun. 

Matul l-aħħar sigħat il-ħad­diema tas-salvataġġ komplew għaddejjin b’ħidma ma taqta’ xejn ta’ tiftix qalb it-tajn u t-tifrik. Il-ħsara kkawżata ġewwa Petropolis hija waħda kbira ħafna tant li l-President Brażiljan Jair Bolsonaro ddeskrivieha bħala waħda li tixbah lil żona ta’ gwerra. 

L-awtoritajiet qalu li hemm possibbiltà kbira li n-numru ta’ persuni mejta jkompli jiżdied u dan hekk kif it-tama li jistgħu jinstabu iktar nies ħajjin qalb it-tifrik qiegħda tmajna ta’ kuljum. 

L-uffiċjali tal-pajjiż qalu li fosthom il-mejtin hemm minn tal-inqas 28 tifel u tifla.  

Ekonomija

Sport