Friday, November 15, 2024

Ikompli jonqos il-qgħad f’Diċembru

Aqra wkoll

F’Diċembru li għadda, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien dak ta’ 1,167, li jfisser tnaqqis ta’ 1,598 persuna meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Diċembru 2021, kien hemm 1,509 persuni inqas jirreġistraw għax-xogħol taħt Part 1 u 89 oħra jirreġistraw taħt Part 2. Il-livell ta’ qgħad irreġistrat naqas fil-gruppi kollha ta’ etajiet kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. 

L-istatistika turi wkoll li kien hemm tnaqqis fost dawk li kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa u dawk li kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena meta mqabbel ma’ Diċembru 2020. Min-naħa l-oħra, żdiedu dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol bejn 21 u 52 ġimgħa.

In-numru ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol żdied b’persuna waħda biss, meta mqabbel ma’ Diċembru 2020, biex issa jlaħħqu l-255 persuna, b’77.3% minnhom jkunu rġiel. 

Ekonomija

Sport