Sunday, May 19, 2024

Ikompli jonqsu r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar f’Malta mit-Tnejn li ġej

Aqra wkoll

Mit-Tnejn li ġej se jkomplu jonqsu r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar f’Malta hekk kif jindikaw Avviżi Legali li ġew ippubblikati lbieraħ.

Dan ifisser li mill-11 ta’ April, kull persuna li tasal f’Malta minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġew imniżżla fl-Avviż Legali, fosthom l-Awstrija, Ċipru, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Italja, Franza, il-Greċja, Spanja, l-Awstralja u l-Kanada, ma għandhiex tkun meħtieġa li  tissottometti  ruħha  għal  perjodu ta’ kwarantina  mal-wasla tagħha, kemm-il darba jkollha fil-pussess tagħha, jew ċertifikat  tat-tilqim  jew  riżultat  negattiv  tal-Polymerase  Chain  Reaction (PCR) COVID-19  test imwettaq mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla f’Malta jew riżultat negattiv tal-COVID-19 Rapid  Antigen  Test (RAT)  imwettaq mhux aktar minn 24 siegħa qabel il-wasla f’Malta jew ċertifikat  ta’  fejqan  mill-COVID-19 validu  għal  mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel riżultat  pożittiv tal-Polymerase  Chain Reaction (PCR) COVID-19 test.

L-istess Avviż Legali jgħid li kull persuna taħt is-sitt snin li tasal f’Malta mill-istess pajjiżi elenkati, mhux se jkunu meħtieġa li jagħmlu perjodu ta’ kwarantina mal-wasla tagħhom jekk ma tkunx fil-pusses ta’, jew ċertifikat tat-tilqim jew riżulutat tal-PCR test imwettaq mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla f’Malta jew riżultat negattiv tal-Covid-19 Rapid Antigen Test imwettaq mhux aktar minn 24 siegħa qabel il-wasla f’Malta jew ċertifikat ta’ fejqan mill-Covid validu għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel riżultat pożittiv tal-PCR test. 

Sport