L-eżodu ta’ nies u riżenji mill-Partit Nazzjonalista kompla għaddej fl-aħħar sigħat hekk kif ġew ikkonfermati xniegħat li kien se jirriżenja Alessandro Farrugia. Filfatt il-Partit Nazzjonalista ilbieraħ ikkonferma li kien irriżenja tad-Direttur Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, Alessandro Farrugia.
Ir-raġuni għar-riżenja ġew deskritti bħala ‘raġunijiet personali’. Minfloku inħatar Simon Vella Gregory bħala Aġent Direttur Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Ir-riżenja ta’ Farrugia qed toħloq diskussjoni u tħassib fost dawk qrib il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Dan minħabba l-fatt li Alessandro Farrugia kien meqjus bħala wieħed minn dawk l-aktar qrib tal-Kap, tant li ħadem miegħu sa mill-kampanja fl-elezzjoni għal Kap.
Ta’ min jgħid li fl-aħħar ġimgħat u xhur kien hemm għadd ta’ riżenji mill-PN fosthom Roselyn Borg Knight li irtirat il-kandidatura tagħha għall-elezzjoni li ġejja. Persuni oħra li rtiraw jew irriżenjaw minn mal-Partit Nazzjonalista kienu Therese Comodini Cachia, George Muscat, Tiffany Abela-Wadge. Kien hemm ukoll Jonathan Dingli li rriżenja minn kunsillier tal-Imqabba.