Monday, April 28, 2025

Ikompli l-ġuri b’rabta ma’ żewġ omiċidјi

Aqra wkoll

Fil-Qorti kompla l-ġuri b’rabta ma’ żewġ omiċidji – dak ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017 u tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015. 

L-akkużati huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufin bħala “tal-Maksar”, Jamie Vella u George Degiorgio “ċ-Ċiniż”.  

Iż-żewġ imputati Agius u Vella qed jiġu akkużati li pprovdew il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia.

Wawt is-seduta tal-lum ingħad li
kien hemm l-għajnuna ta’ esperti Olandiżi dwar il-bombi.  

Ġie spјegat ukoll li ttieħdu kampjuni minn fuq ix-xena tar-reat mill-post fejn ħadet l-ewwel bomba u anke mill-għalqa fejn spiċċat il-karozza ta’ Caruana Galizia.  

Fix-xhieda ntqal li ttieħdu kampjuni tad-DNA tal-istess aħwa Degiorgio.  

Surġent tal-Pulizija rrakkonta kif f’garaxx f’Ħaż-Żebbuġ instabu pistola u erba’ bullets.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport