Sunday, November 24, 2024

Ikompli l-ġuri ta’ Joseph Scicluna … akkużat b’attentat ta’ qtil 

Aqra wkoll

Fil-Qorti, kompla jinstema il-ġuri fil-konfront ta’  Joseph Scicluna, mixli b’attentat ta’ qtil fuq raġel ta’ 43 sena.

Il-każ imur lura għal Ottubru tal-2018, f’għalqa fil-limiti ta’ San Ġakbu f’Ħad-Dingli. Huwa mifhum, li dakinhar persuna spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li allegatament intlaqat minn tir t’arma tan-nar. 

Hekk kif quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ġew esebiti filmati ta’ Joseph Scicluna li fid-Depot tal-Pulizija kien stqarr li ma marx l-għalqa u li fil-ħin tal-isparatura ma kienx preżenti.

Fix-xhieda tiegħu, il-vittma Mark Farrugia spjega kif fil-31 ta’ Ottubru tal-2018, dan mar fl-għalqa u li viċin kien ra lill-akkużat b’marloġġ f’idu. 

Huwa mifhum li allegatamet il-vittma qala daqqa ta’ marloġġ mingħand l-akkużat, bil-vittma jagħti daqqa biex jiddefendi ruħu. Huwa mifhum li l-aggressjoni skalat tant li l-akkużat qabad senter, ippuntah lejn il-vittma, u sparalu. 

Huwa mifhum li l-akkużat ħarab mill-post, filwaqt li l-vittma mimli demm mar ħdejn missieru u dan wasslu saċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta. 

Fix-xhieda tiegħu, il-vittma irrimarkka li fl-istess inċiddent huwa ntlaqat minn 200 biċċa ċomb, u 17 oħra f’wiċċu, bil-konsegwenza li llum jsofri minn ċertu diżabilitajiet, fosthom bl-għadam t’idu mfarrak u ksur f’siequ. 

Barra minn hekk, Farrugia spjega kif minn dakinhar lil hawn sar jgħejja bex jitkellem u li għanejh ma baqgħux jissaportu x-xemx. 

Sport