Monday, October 6, 2025

Ikompli l-każ ta’ Francine Farrugia … joħroġ li tħallsu nies li ma’ kienux għadhom jaħdmu l-MCAST 

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, kompliet tinstema’ l-kawża kontra Francine Farrugia, l-eks Kunsilliera tal-PN u li kienet tokkupa l-kariga ta’ manager fid-dipartiment tal-accounts fl-MCAST, li tinsab mixlija bi frodi ta’  aktar minn €2.3 miljun. 

Fis-seduta tal-lbieraħ, xehed il-Kap Eżekuttiv ta’ Dakar Software Systems, David Schranz fejn qal li hu esebixxa dokument ta’ numru ta’ pagamenti. Fix-xhieda tiegħu, Schranz spjega li kien hemm numru ta’ impjegati li mhux suppost kellhom jitħallsu imma li kienu kkonnettjati ma’ IBANs illegali.

Schranz spjega li min daħal fis-sistema u f’dan id-dokument deher il-username b’isem ta’ ‘Francine’ u l-kompjuter li ntuża. Qal li ntużaw tekniki differenti – ġieli persuni li ma kellhomx jitħallsu, ġew imħallsa. Drabi oħra persuni li ma kinux għadhom jaħdmu mal-MCAST ġew irreġistrati li tħallsu.

Fil-Qorti, xehdet ukoll rappreżentata ta’ APS Bank. Min-naħa tagħha, din spjegat li Francine kellha diversi kontijiet bankarji u li erba’ minnhom kienu magħluqin. 

Il-kawża ġiet differita għat-22 t’Ottubru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport