Sunday, March 22, 2026

Ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet għal karrieri professjonali f’Malta: rekord ta’ kważi 2,800 vakanzi għall-professjonisti

Aqra wkoll

Fl-2025 ir-rata ta’ offerti ta’ xogħol mhux mimlija – vakanzi – f’pajjiżna laħqet 3.2 fil-mija, b’żieda minn 3 fil-mija is-sena ta’ qabel. Madwar l-Unjoni Ewropea ir-rata kienet 2.1 fil-mija, b’tnaqqis minn 2.4 fil-mija. Ir-rata għal Malta kienet l-aktar waħda għolja mindu bdiet tinġabar din l-istatistika mill-Eurostat.

Skont l-Aġenzija tal-Istatistika Ewropea speċifikament fir-raba’ kwart tal-2025 pajjiżna kellu rata ta’ offerti ta’ xogħol mhux mimlija – vakanzi – ta’ 3.3 fil-mija. Din ir-rata hija aktar minn dik ta’ sena ilu, 2.9 fil-mija. Fl-Unjoni Ewropea,  is-sidien ta’ postijiet tax-xogħol kellhom vakanzi ekwivalenti għal 2.0 fil-mija tal-postijiet kollha tax-xogħol. Malta filfatt kellha rata ta’ vakanzi it-tielet l-ogħla madwar l-Unjoni Ewropea.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fit-raba’ kwart tal-2025 kien hemm 9,544 opportunita ta’ xogħol miftuħa f’pajjiżna. Dan huwa madwar 1,650 opportunità aktar mill-istess żmien sena qabel. Madwar disgħa minn kull għaxar opportunità ta’ xogħol hija mas-settur privat. Għal kull persuna tirreġistra għall-impjieg hemm 8 vakanzi miftuħa. 

L-operaturi f’Malta fil-qasam tas-servizzi professjonali għandhom vakanzi ekwivalenti għal 5 fil-mija tal-ammont ta’ ħaddiema li għandhom bżonn, kumparat ma’ 4.1 fil-mija sena ilu. Dan hekk kif hemm mal-2,800 post tax-xogħol mhux mimli f’dan is-settur important, rekord storiku. 

Hemm domanda kbira ukoll qawwija għal ħaddiema fil-qasam tal-infomatika, liema settur għandu bżonn ikabbar b’4.6 fil-mija l-ammont ta’ ħaddiema, jew madwar 625 opportunità x’jimtlew. Fis-settur tal-gaming hemm bżonn ta’ 3.7 fil-mija  aktar ħaddiema, jew ftit anqas minn 540 opportunita aktar. 

L-operaturi f’Malta fil-qasam tal-manifattura qed ifittxu li jżidu l-impjiegi magħhom b’2.5 fil-mija, ftit aktar mit-2.4 fil-mija fl-istess kwart sena qabel. Fil-kostruzzjoni hemm offerti ta’ xogħol ta’ 4.6 fil-mija tal-impjiegi, aktar mit-3.8 fil-mija sena qabel. Fl-istess ħin fil-qasam tal-ħwienet, lukandi u ristoranti hemm talba għal kważi 2,900 ħaddiem aktar. 

Huma l-kumpaniji li jħaddmu anqas minn 50 ħaddiem li l-aktar qed ifittxu li jimpjegaw aktar nies magħhom.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport