Tuesday, December 24, 2024

Ikomplu jiżdiedu l-vetturi liċenzjati fit-toroq Maltin

Aqra wkoll

Fit-tielet kwart tas-sena ta’ din is-sena, l-ammont ta’ vetturi liċenzjati żdied bi 3,030 fuq it-tliet xhur taʼ qabel.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li sal-aħħar ta’ Settembru 2024, it-total ta’ vetturi liċenzjati kien dak ta’ 443,193. Minn dawn 74.3% kienu vetturi tal-passiġġieri, 14.3% kienu vetturi kummerċjali u 10.8% kienu muturi, quadricycles u e-kick scooters. Dan filwaqt li karozzi tal-linja u minibuses kienu jammontaw għal inqas minn 1%.

L-NSO żied jgħid li matul it-tielet kwart tal-2024, l-ammont ta’ vetturi liċenzjati żdiedu b’medja ta’ 33 vettura aktar kuljum.

Sal-aħħar ta’ Diċembru 2021, kien hemm total ta’ 258,860 vetturi (58.4%) kellhom magni li jaħdmu bil-petrol filwaqt li 156,329 vettura (35.3%) kienu jaħdmu bid-dijżil. Kienu biss 3.6% il-vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew li huma plug-in hybrid. 

Ekonomija

Sport