FʼĠunju li għadda, in-numru taʼ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien taʼ 875, li jfisser tnaqqis taʼ 79 persuna meta mqabbel mal-istess xahar fl-2022.
Tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li kien hemm tnaqqis taʼ 63 persuna jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis taʼ 16-il persuna jirreġistraw taħt Part II. It-tnaqqis fil-livelli tal-qgħad kien irreġistrati fil-gruppi kollha ta’ etajiet għajr dawk taħt l-20 sena.
Barra minn hekk kien irreġistrat tnaqqis taʼ 41 persuna u 37 persuna fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa u għal aktar minn sena rispettivament.
Sadanittant, fʼĠunju 2023, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbilità li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 23 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, sabiex laħħqu l-208 persuni. L-irġiel kienu jgħoddu 77.4 fil-mija tal-għadd sħiħ taʼ dawk imniżżlin fir-reġistru tal-qgħad bħala persuni bʼdiżabbilità.