Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu għal 1,380 hekk kif il-każi ta’ fejqan komplew jiżbqu l-każi ġodda.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 117-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 301 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 41 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 594 wara li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa mietet anzjana ta’ 86 sena waqt li kienet pożittiva bil-Covid.
Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 1,233,343 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 338,990 kienu dożi tal-booster.