Bejn is-Sibt u l-Ħadd feġġew 120 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 230 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi issa huma 3,424.
It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija baqgħu 698 hekk kif għal darb’oħra ma ġewx irrappurtati mwiet ta’ persuni li kienu pożittiv għall-virus.