Fl-aħħar sigħat feġġew 372 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 620 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi niżlu għal 8,163.
Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa mietet persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-virus biex it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 672.