Saturday, December 21, 2024

Ikomplu jonqsu r-restrizzjonijiet għal dawk imlaqqmin kompletament

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rigward is-sitwazzjoni tal-pandemija, il-Ministru ħabbar li s’issa ngħataw 30,000 booster dose biex b’hekk ngħataw 850,000 doża tal-vaċċin. Mill-aħħar ta’ Novembru, il-healthcare workers u lit-teachers u residenti ta’ istituzzjonijiet madwar Malta u Għawdex se jibdew jingħataw il-booster dose. Dwar l-iskejjel, il-Ministru qal li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u b’mod gradwali se jkunu qed jitnaqqsu numru ta’ miżuri.

Pajjiżna jirrikonoxxi ċ-ċertifikat tal-vaċċin minn erba’ pajjiżi oħra

L-ewwel sett ta’ miżuri li ħabbar huma relatati mal-ivjaġġar. Il-varjant Mu se jkun qiegħed jitneħħa mill-kriterja tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi u r-riskju tat-tixrid tal-virus u b’hekk numru ta’ pajjiżi speċjalment fl-Amerika ta’ Isfel se jaqilbu minn aħmar skur għal aħmar u b’hekk se jkun permess vjaġġar f’dawn il-pajjiżi. Intant se jkun hemm pajjiżi oħra li se jaqilbu minn ħomor għal ħomor skuri. Pajjiżna qiegħed iżid il-lista ta’ pajjiżi li jirrikonoxxi ċ-ċertifikat tal-vaċċin tagħhom u riċentament żdiedu l-Moldova, l-Armenja, l-Iraq u l-Korea ta’ Isfel.

L-ammont ta’ persuni fuq mejda jiżdied għal tmienja

Tkellem ukoll dwar l-attivitajiet u tnaqqis fir-restrizzjonijiet. Il-Ministru qal li dan it-tnaqqis fil-miżuri huma ristretti għal dawk l-attivitajiet li jaċċettaw biss persuni mlaqqmin. Mit-Tnejn li ġej, tfal ta’ taħt it-12-il sena mhux se jkollhom bżonn test ta’ PCR biex jattendu għal attivitajiet tal-massa ma’ adulti mlaqqmin. Il-massimu ta’ sitt persuni fuq kull mejda se jkun qiegħed jiżdied għal massimu ta’ tmienja. Barra minn hekk id-distanza bejn l-imwejjed se tkun qiegħda tonqos. Fuq barra din id-distanza se tkun qiegħda tonqos minn żewġ metri għal metru u minn żewġ metri għal metru u nofs fuq ġewwa.

L-attivitajiet bilqiegħda inklużi teatri u cinemas li jaċċettaw biss persuni mlaqqmin se jkunu qegħdin inaqqsu d-distanza bejn cohort u ieħor minn żewġ metri għal metri u l-capping jiżdied ukoll minn 100 għal 300 persuna.

Il-ġimgħa li għaddiet saret l-attività bi prova mingħajr restrizzjonijet u r-riżultati tagħha mistennija joħorġu matul tmiem il-ġimgħa u b’hekk mistennija ssir reviżjoni tal-miżuri.

Jiżdied l-ammont ta’ persuni permissibbli fuq vetturi tat-trasport pubbliku

It-tielet sett ta’ restrizzjonijiet jirrigwardja t-trasport pubbliku u sa issa l-vetturi kienu permissibbli li jdaħħlu sa 65 fil-mija tal-kapaċità tagħhom. Din il-figura issa se titla għal 80 fil-mija mit-Tnejn li ġej.

It-tilqima tal-influwenza

Fearne tkellem ukoll dwar it-tilqima tal-influwenza u kkonferma li din se tibda tingħata mill-25 ta’ dan ix-xahar. Kuntrarju għall-booster, persuni intitolati għaliha mhumiex se jkunu qegħdin jirċievu stedina, iżda se jkun qiegħed jingħata s-servizz ta’ walk in clinic.

L-ewwel tliet ġimgħat se tkun miftuħa għal persuni ta’ ’l fuq minn 55 sena, dawk b’mard kroniku u tfal ta’ taħt it-12-il sena. Minn din is-sena, it-tfal se jkunu qegħdin jingħataw it-tilqima forma ta’ spray.

Ekonomija

Sport