Tuesday, December 24, 2024

Ikomplu l-attakki fuq il-membri tal-Kabinett

Aqra wkoll

Jidher li l-attakki, l-insinwazzjonijiet u l-allegazzjonijiet bla bażi u qarrieqa fuq il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari se jkomplu bla waqfien. Dan anki jekk l-allegazzjonijiet ma jkunux ivverifikati minn qabel.

L-aħħar każ kien jinvolvi lis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Dr Chris Bonnet, li dwaru Arnold Cassola inċita minn storja fuq il-midja soċjali illi allegatament fis-7 ta’ Diċembru, passiġġieri li kienu qed jistennew biex jitilgħu abbord l-ajruplan għal-Londra kellhom jagħmlu spazju biex is-Segretarju Parlamentari u familtu jkunu bilqegħda fejn xulxin. Cassola talab investigazzjoni dwar dan.

Intant, b’reazzjoini għal dan, Dr Bonnet fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook insista b’mod qawwi li hu la talab, la ppretenda u wisq inqas ingħata xi trattament ta’ preferenzja kif qed jiġi allegat.

Filwaqt li spjega li huwa ħallas minn qabel biex hu flimkien ma familtu b’żewġ ulied żgħar ikollhom seats ħdejn xulxin, u ta’ dan għandu l-irċevuti, is-Segretarju Parlamentari Bonnet fakkar li fl-aħħar xhur l-atakki bbażati fuq il-qerq u n-nuqqas ta’ verità ma naqsux, tant li anki ppruvaw jirredikolawh għaliex jgħix f’post mikri.

Dr Bonnet stqarr li hu qed iħares ’il quddiem għal dak li talab Cassola biex “Juri li din hi gidba oħra”.

Ekonomija

Sport