Saturday, December 21, 2024

Ikomplu l-impenji ta’ Duncan Micallef fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Bejn il-Ġimgħa, 23, u l-Ħadd, 25 ta’ Awwissu, is-sewwieq Malti tat-Top Fuel Drag Racing Duncan Micallef jinsab f’Hockenheim Ring fil-Ġermanja. Dan l-avveniment, ir-4 rawnd tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing tal-FIA, se jkun spettaklu eċċitanti, b’folla li mistennija taqbez ta’ 40,000 spettatur.

Il-wirja ta’ Micallef fit-tielet rawnd tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing tal-FIA aktar kmieni dan ix-xahar fit-Tierp Arena fl-Isvezja kienet spettakolari. Huwa mhux biss kisser ir-rekord tiegħu u waqqaf rekord Ewropew ġdid. B’rekord personali ta’ 3.79 sekondi u rekord Ewropew ta’ Veloċità ta’ 321.4MPH, Micallef bħalissa qed fil-quccata tal-FIA European Drag Racing Championship b’170 punt u segwit minn Susanne Callin b’151 punt.

It-tuner Malta Simon Giordmaina jinsab fl-istess avveniment gewwa l-Germanja bhalha parti mit-tim Taljan Carbonera.

Ekonomija

Sport