22 persuna instabu qed jgħixu illegalment f’Malta waqt spezzjonijiet li saru kmieni dalgħodu fil-Marsa u Ħal Qormi
L-Ispezzjonijiet saru mill-Pulizija u mis-Servizzi tad-Detenzjoni f’diversi postijiet fejn instabu persuni ta’ nazzjonalitajiet varji, fosthom mill-Ghana, Gambia, Mali, Nigeria, Somalia, Eritrea, il-Kosta tal-Avorju, Sierra Leone u l-Guinea.
Huma ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.