Monday, December 23, 2024

Ikomplu x-xogħlijiet strutturali fl-Isptar Monte Karmeli

Aqra wkoll

Fil-ġimgħa li twassal għall-Jum Dinji ddedikat għas-Saħħa Mentali, fl-Isptar Monte Karmeli ssoktaw ix-xogħlijiet infrastrutturali li huma parti mill-pjan tal-gvern sabiex jisbieħ l-ambjent li fih tingħata l-kura tas-saħħa mentali lill-pazjenti rikoverati.

Ix-xogħlijiet laħqu milestone ieħor, hekk kif twaqqgħet Block 10 tal-isptar, li kellha problemi strutturali, sabiex issa jibdew ix-xogħlijiet fuq il-ġnien terapewtiku li se jieħu post dan is-sit mifrux fuq 4,500 metru kwadru.

Waqt żjara fuq is-sit, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tenna l-impenn tal-gvern li, apparti li jiżdiedu s-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali fil-komunità, isir investiment fl-isptar ewlieni tal-pajjiż speċjalizzat fil-kura tas-saħħa mentali. Huwa stqarr li l-ġnien terapewtiku, li se jkollu passaġġi interni mdawrin b’siġar, pjanti, funtani, żoni ta’ rikreazzjoni u rilassament, żoni għal occupational therapy u servizzi oħra, se jservi sabiex il-ħaddiema u l-pazjenti jkollhom post fejn jirrilassaw u jgawdu s-serenità tan-natura.

“Is-saħħa mentali tibqa’ prijorità għal dan il-gvern kemm illum u kif ukoll għas-snin li ġejjin,” sostna d-Deputat Prim Ministru.

Ekonomija

Sport