Friday, December 20, 2024

Iktar ġenituri se jgawdu mill-benefiċċju tal-‘In-Work Benefit’

Il-Ministru Michael Falzon b'dettalji dwar ir-rati l-ġodda

Aqra wkoll

It-thresholds tal-benefiċċju tal-‘In-Work Benefit’ se jkunu estiżi (i) għall-ġenituri li jaħdmu t-tnejn: minn 35,000 sal-2021 u minn din is-sena żdiedet għal 50,000; (ii) ġenituri fejn taħdem persuna waħda biss: minn 26,000 sal-2021 għal 35,000 fis-sena 2022; (iii) single parents: minn 22,000 fl-2021 għal 35,000 fl-2022. Dan ħabbru l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet tittratta r-rati l-ġodda tal-‘In-Work Benefit’.

Id-Direttur għall-Konformità tal-Benefiċċji, George Cremona, spjega li l-In-Work Benefit huwa benefiċċju li ġie introdott fis-snin li għaddew bħala parti mill-‘Making Work Pay Policies’ u li l-In-Work benefit jingħata lill-ġenituri li għandhom tfal taħt it-23 sena u li jkunu diġà fid-dinja tax-xogħol. Dan huwa benefiċċju li minnu bbenefikaw bosta individwi u għalhekk ta saħħa finanzjarja lill-persuni li huma eliġġibli. Matul is-snin dawk il-persuni li bbenifikaw minn dan il-benefiċċju baqgħu jiżdiedu għax it-tresholds kif ġew imħabbra mill-Gvern baqgħu jiġu estiżi.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon

Il-Ministru Falzon saħaq li dal-benefiċċju rridu nħarsu lejh f’ambitu ta’ politika li bdiet sa mill-2013: il-politika illi jaqbillek illi taħdem. Huwa fisser li din kienet politika illi ħadmet sew tant li llum, minkejja l-pandemija u l-gwerra fl-Ewopa, “Pajjiżna għandu l-ikbar numru ta’ nies illi qatt kellu fid-dinja tax-xogħol u għandu l-inqas numru ta’ nies illi jiddependu fuq il-benefiċċju ta’ qgħad … għandu anqas minn nofs in-nies li kellu sa 9 snin ilu li kienu jiddependu fuq il-benefiċċju soċjali”.

Huwa fisser li dawn ir-riżultati kienu possibbli wkoll bis-saħħa tal-ħidma reżiljenti tal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll permezz ta’ miżuri oħra, fosthom: (i) it-tapering of benefits li permezz tagħha persuni li ma kinux jaħdmu ngħataw inċentiv biex jieħdu l-pass u joħorġu fid-dinja tax-xogħol fejn minflok ma nqatgħulhom il-benefiċċji kollha ngħataw perjodu ta’ phasing-in mifrux fuq tliet snin; (ii) child care b’xejn li l-Ministru Falzon iddeskrivieh bħala “game changer” għaliex huwa fisser li l-pajjiż kellu riżors ta’ nies – il-parti l-kbira minnhom nisa – li rnexxielhom jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Ekonomija

Sport