Thursday, December 26, 2024

Iktar minn 100 persuna jingħataw pieni ta’ ħabs wara li ħadu sehem fi protesti f’Kuba

Aqra wkoll

Iktar minn 100 persuna, li f’Lulju li għadda ħadu sehem f’dimostrazzjonijiet kontra l-gvern ta’ Kuba, ingħataw sentenzi ta’ ħabs li jvarjaw bejn sitta u 30 sena. Protesti ta’ dan it-tip huma rari ħafna ġewwa Kuba. 

B’kollox kien hemm 129 persuna akkużati quddiem il-qrati, u minnhom wieħed biss instab mhux ħati. Il-bqija ġew misjuba ħatja ta’ sedizzjoni u serq. Fil-protesti ta’ Lulju pparteċipaw eluf ta’ Kubani fejn dawn niżlu fit-toroq ta’ dan il-pajjiż bl-għajta ta’ “libertà”. Ġabriet tal-massa mhux awtorizzati huma meqjusa bħala illegali ġewwa Kuba u dakinhar iktar minn 1,000 persuna kienu ġew arrestati, b’ħafna minnhom jinħelsu ftit wara. 

Dawn id-dimostrazzjonijiet, li kienu l-ikbar li qatt kien hemm f’dawn l-aħħar deċenji, saru minħabba l-kriżi ekonomika severa li qiegħed jesperjenza dan il-pajjiż bid-dimostranti jsemmgħu r-rabja tagħhom dwar il-prezzijiet għoljin u n-nuqqas ta’ ikel u mediċina. Ħafna kienu wkoll kritiċi għall-mod ta’ kif il-gvern Kuban mexxa waqt il-pandemija tal-Covid-19.

Min-naħa tagħhom il-mex­xejja tal-partit Komunista Kuban iddeskrivew lid-dimostranti bħala appoġġjati mill-Istati Uniti u ntiżi biex iwaqqgħu l-gvern. 

Ekonomija

Sport