Friday, November 22, 2024

Iktar minn 100 persuna vittma tan-nirien fil-Hawaii

Aqra wkoll

Ġew identifikati l-ewwel vittmi tan-nirien li ħakmu l-gżira Maui l-ġimgħa li għaddiet.

Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Maui semma l-ewwel żewġ vittmi bħala Robert Dyckman ta’ 74 sena u Buddy Jantoc ta’ 79 sena, it-tnejn mill-belt ta’ Lahaina.
In-numru ta’ mwiet minħabba n-nirien issa laħqu l-106 b’madwar 1,300 għadhom irrapportati neqsin.

Il-Gvernatur tal-Hawaii John Green qal li huwa probabbli li l-awtoritajiet jieħdu diversi jiem oħra sabiex jilħqu l-ammont preċiż tan-numru li mietu.

“Nagħtu l-kondoljanzi l-aktar profondi tagħna lill-familji li bdew jirċievu notifiki dwar l-għeżież tagħhom,” qal is-Sindku ta’ Maui, Richard Bissen. “Bħala komunità, noffru t-talba tagħna bħala komfort f’dan iż-żmien diffiċli.”

Huwa qal li l-awtoritajiet identifikaw tliet individwi oħra, bil-qraba tagħhom ukoll ġew informati.

Il-President Amerikan Joe Biden qal li se jivvjaġġa lejn il-Hawaii minkejja l-kritika li kien hemm mir-residenti dwar ir-rispons tal-Gvern tiegħu. Huwa qal li “l-assi federali kollha disponibbli” fir-reġjun se jintużaw għall-isforzi ta’ rkupru, inklużi l-militar tal-Istati Uniti u l-Gwardja tal-Kosta.

Sport